Antigwa u Barbuda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Antigua u Barbuda
Antigua u Barbuda – Bandiera Antigua u Barbuda – Emblema
Mottu: "Each Endeavouring, All Achieving" (Ingliż)
Innu nazzjonali: Fair Antigua, We Salute Thee (Ingliż)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Saint John's
Lingwi uffiċjali l-Ingliż
Reliġjon Protestantiżmu
Gvern Demokrazija Parlamentari
taħt il-Kostituzzjonali Monarkija
Federali
 -  Monarkija Charles III
 -  Gvernatur Ġenerali Rodney Williams
 -  Prim Ministru Gaston Browne
Indipendenza
 -  mir-Renju Unit 1 ta Novembru, 1981 
Erja
 -  Total 440 km2 (182)
170 mil kwadru 
 -  Ilma (%) negliġibbli
Popolazzjoni
 -  stima tal-2022 100,772 (182)
 -  ċensiment tal-2011 84,816 
 -  Densità 186/km2 
481.7/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2023
 -  Total $2.454 biljun (196)
 -  Per capita $24,012 (94)
PGD (nominali) stima tal-2019
 -  Total $1.864 biljun (193)
 -  Per capita $18,244 (75)
IŻU (2019) 0.778 (għoli) (78)
Valuta Dollaru tal-Karibew tal-Lvant (XCD)
Żona tal-ħin AST (UTC-4)
Kodiċi telefoniku +1-268
TLD tal-internet .ag

Antigua u Barbuda huma nazzjon ta' żewġ gżejjer fil-Karibew, speċifikament fit-tramuntana tal-Antilli ż-Żgħar, bejn il-baħar Karibew u l-oċean Atlantiku. Fil-punent tal-pajjiż hemm il-gżejjer Saint Kitts u Nevis, fil-majjistral hemm il-gżejjer Netherlandiżi Saba u Sint Eustatius, il-gżira Franċiża Saint Barthélemy, kif ukoll il-gżira maqsuma ta' Saint Martin, jew Sint Maarten, u fin-nofsinhar hemm il-gżejjer Franċiżi Montserrat u Guadeloupe.

Antigua u Barbuda huma iż-żewġ iżoli prinċipali, iżda hemm ħafna iktar gżejjer, il-maġġoranza madwar il-kosti, ħlief Redonda, gżira żgħira diżabitata xi 56 km fl-ilbiċ t' Antigua. Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta' 97 elf ruħ, b' 97% jgħixu fuq Antigua[1], fejn tista' tinsab il-belt kapitali kif ukoll l-ikbar belt Saint John's. Ir-raħal prinċipali ta' Barbuda huwa Codrington.

L-istorja ta' Antigua u Barbuda hija simili tal-pajjiżi l-oħra tal-Karibew; l-iktar evidenza arkeoloġika antika tgħid li xi gżejjer ilhom abitati mir-raba' millenju QK, u l-aħħar reżidenti indiġini kienu t-Taino u l-Kalinago. Fl-1493 ġiet skopreta Antigua minn Kristofru Kolombu, li semmiha għall-knisja Santa Maria la Antigua li tinsab f'Valladolid, sakem fl-1632 l-Ingliżi kkolonizzaw Antigua u fl-1678 Barbuda. Eventwalment Antigua u Barbuda kisbu l-indipendenza mir-Renju Unit flimkien fl-1981, iżda baqgħu membri fil-Commonwealth, li tfisser li Antigua u Barbuda huma monarkija konstituzzjonali bir-re Charles III tar-Renju Unit bħala l-kap tal-istat.

Il-lingwa uffiċjali hija l-Ingliż, iżda ħafna nies jitkellmu bil-Kreol Antiguo-Barbudjan, li xorta huwa bbażat fuq l-Ingliż. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija Protestanta.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Antigua and Barbuda (bl-Ingliż). Central Intelligence Agency. 2023-05-09. Miġbur 2023-05-17.